Jum l-Omm

Ommi

Ħsieb tiegħi din tieħu

U ħwejġi taħsilli,

Biex niekol tlestili

Elf ħaġa tagħmilli.

Kuljum tistaqsini

X’tgħallimna l-iskola,

Tinkwieta jekk lili

Taqbadni ftit sogħla.

Tixtrili jew tħitli

Xi libsa sabiħa,

Fuq wiċċha tbissima

Għax dejjem ferrieħa.

Nispera li ferraħnikom bil-kartolini u bil-basket u l-gallettini li għamilna għalikom għal dan il-jum speċjali.  B’dawn l-affarijiet nixtiequ nurukom li aħna dejjem naħsbu fikom għalkemm mhux dejjem nurukom.  Grazzi ta’ kull ma tagħmlu magħna.  

Hawn issibu xi ritratti tagħna nippreparawlkom il-kartolini u l-gallettini.

Click to play this Smilebox slideshow

Din hija r-riċetta tal-għaġina tal-ħelu.  

800g dqiq

325g zokkor

300g stork

qoxra ta’ lumija

3 bajdiet

kuċċarina vanilla

3 kuċċarini baking powder

5 kuċċarini ħalib

biċċiet taċ-ċikkulata (chocolate chips)

11th May, 2012

1.  Study Day 5  

2.  Happy Mother’s Day to all the mummies and grandmothers.  We hope that you liked our presents and cards 🙂  

3.  Get a key ring.  Stick a paper with your name on it.   

10th May, 2012

HW FOR MONDAY

1.  Maths – Booklet p. 18, 19, 24

2.  Malti – handout (back to back) – on it  

3.  Malti – Stilel p. 54 (aqbżu line)

4.  Eng – Practice Book p. 62, 63, 64  

5.  Project book – Copy the story (present) and draw/find pictures  

6.  Study Day 4  

7.  TOMORROW – Festa Ħandaq.  Wear your P.E.  Kit.  Get a small bag with your lunch, drink and a healthy snack.  In another bag, get your pocket and your diary.  School till 2.30. Wear your cap, sunglasses and put on some sunblock.

9th May, 2012

1.  Maths – Textbook 1 (vjola) – p. 34 (2 – 10), p. 35 (2 – 13), p. 36 (2 – 6)  

2.  Eng – ho (letter) – on it  

3.  Eng – ho (back to back) – on it

4.  2.50 for outing

5.  Study Day 3

8th May, 2012

1.  Maths – Textbook 1 (vjola) p. 31 (1 – 5), p. 32 (1 – 4), p. 33 (2 – 7)  

2.  Malti – Stilel p. 72, 73, 74  

3.  Eng – ho (birthday) – on copybook  

4.  Tomorrow – School till 12  

5.  Money for Outing – 2.50euro

6.  Study Day 2

Jien arloġġ – Kylie Zammit

Jien arloġġ tal-idejn żgħir, naħdem bil- batterija u meta ndoqq, noħloq mużika sabiħa.  Posti huwa fuq id Sandra.  Il- kulur tiegħi huwa roża, vjola u aħdar.

Jiena ġdid fjamant.  Nara ħafna affarijiet meta Sandra teħodni l-Belt magħha.  Nara ħafna turisti u nies.  Xogħli nagħmlu sew u tajjeb.  Sidi toqgħod tgħajjat li mnalla sabitni għax wisq sabiħ. 

 

Sandra tgħidx kemm tieħu gost tarani rieqda.  Jiena kuntenta ħafna li jien arloġġ għax għandi familja ħelwa.  

 

Kylie Zammit

7th May, 2012

1.  Maths – Textbook 1 (vjola) p. 27 (2 -10), p. 28 (2 – 9), p. 29 (2 – 6), p. 30 (2 – 10)  

2. Klikk – p. 68  

3.  Eng – Way Ahead p. 111, 112, 113

4.  2.50 euro NOT 3.50 for Handaq outing

5.  Study Day 1

Jiena arloġġ – Matthew Schembri

Jien l-akbar arloġġ fid-dinja bl-isem ta’ Atenis.  Jien naħdem bil-ġeneratur.  Kull tliet sigħat indoqq.  Jien ninsab f’Londra.  In-nies tal-1570 bnewni.  Is-sindku jieħu ħsiebi.

Jien qadim ħafna, ħafna u ħafna.  Madwari hemm il-palazz tar-reġina.  Kemm inħobb nisma’ lin-nies li jgħidu fuq id-daqs tiegħi għax jien kbir!  Ġo fija għandi ħafna affarijiet biex naħdem.  Fix-Xitwa nkun mimli silġ.  Għalhekk in-nies jaħdmu iktar fuqi.  Dejjem indoqq fil-ħin.

 
Il-ġeneratur qatt ma jieqaf allura lanqas jien.  Is-sindku jarani minn ġol-uffiċċju tiegħu.  Xi drabi ma tantx nieħu gost.  Xi nies jeħduli ritratti f’għajnejja.  

Matthew Schembri

Eżamijiet Annwali

Din hija t-timetable ta’ kif ser ikunu mqassmin l-eżamjiet annwali.  Nhar it-Tnejn ser nagħti timetable ta’ studju lit-tfal, bħalma kont tajthom għall-eżamijiet ta’ nofs is-sena.  Din għandhom jimxu magħha ħalli jqassmu x-xogħol u ma jħallux kollox għall-aħħar, filwaqt li jkunu ċerti li rrevedu t-topiks kollha.  

Jien Arloġġ – Neil Micallef

Jiena arloġġ żgħir.  Jiena naħdem bil-batterija.  Jiena arlogg li jkun hemm għasfur ġo fih u joħroġ minnu.  Jien nagħmel ħoss ta’ għasfur.  Jgħiduli arloġġ tal-kuku.

 

Posti hu mal-hajt.  Dejjem ikunu se jwaqqgħuni għax il-ħin kollu jiżbgħu l-ħajt.  Jiena tgħidx kemm jien ġdid imma barxuli il-parti tax-xellug.  Dejjem nara lil sidi jiġri wara l-kelb.  Il-kelb jinbaħ għax jien indoqq.  Tgħidx kemm nibża għax inkun qed naħseb li se jwaqqani.  Xogħli nagħmlu sewwa.  Sidi kull meta jħares lejja joqgħod jitbellah.

 

Jien qatt ma norqod għax meta tispiċċali l-batterija, sidi jerġa’ jixtri oħra u jissetjani.  Ma tantx jien kuntent għax joqogħdu jiffittawni meta joħroġ l-għasfur tal-kuku minni.  

 

Neil Micallef